RiVAL logo

RiVAL - Riċerka fil-Viżjoni Artifiċjali u l-Lingwa

RiVAL huwa grupp multi-dixxiplinari ta' xjentisti fl-Università ta' Malta li jaħdmu fuq il-fruntiera bejn il-Viżjoni Artifiċjali (Computer Vision) u l-Lingwistika Komputazzjonali (Computational Linguistics).

L-interessi tagħna

Qegħdin naħdmu fuq firxa wiesgħa ta' problemi fil-fruntiera bejn il-Viżjoni u l-Lingwa. Temi speċifiċi jinkludu dawn:

  • Ġenerazzjoni awtomatika tal-lingwa mill-imaġnijiet, inkluża d-deskrizzjoni awtomatika tal-uċuh u d-deskrizzjoni awtomatika ta' ritratti ta' xeni ta' kuljum;
  • L-użu ta' informazzjoni viżiva flimkien mal-lingwa, sabiex b'mod awtomatiku, programm ikun jista' jiġbed konklużjonijiet validi minn sentenzi.

Għal aktar informazzjoni, żur il-paġna tar-Riċerka.